Bucha
Bucha | |||
---|---|---|---|
Ukrajna | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Ukrajna | ||
Oblast of Ukraine | Oblast ta' Kiev | ||
Raion of Ukraine | Bucha Raion (en) | ||
Amalgamated hromada | Bucha municipality (en) | ||
Isem uffiċjali | Буча | ||
Ismijiet oriġinali | Буча | ||
Kodiċi postali |
08292 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 50°32′55″N 30°13′15″E / 50.5486°N 30.2208°EKoordinati: 50°32′55″N 30°13′15″E / 50.5486°N 30.2208°E | ||
Superfiċjenti | 10.55 kilometru kwadru | ||
Għoli | 148 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 36,971 abitanti (1 Jannar 2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1898 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 | ||
bliet ġemellati | Kovel, Tiachiv (en) , Cascaisu Bergisch Gladbach (en) | ||
bucha-rada.gov.uau bucha.com.ua |
Bucha (bl-Ukren: Буча, pronunzja bl-Ukren: [ˈbut͡ʃɐ]) hija belt fl-Oblast ta' Kiev, l-Ukrajna. Amministrattivament, hija inkorporata bħala belt ta' importanza ta' Oblast. Il-popolazzjoni tagħha kienet ta' madwar 36,971 ruħ fl-2021.[1] Jum Bucha jiġi ċċelebrat fil-belt fit-13 ta' Settembru.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-insedjament stabbilixxa ruħu bil-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja bejn Kiev u Kovel fl-1898 madwar waqfa ferrovjarja żgħira qrib ix-xmara Bucha. Bucha kienet waqfa ferrovjarja tal-linja ferrovjarja bejn Kiev u Kovel, simili għal waqfa tal-belt moderna ta' Irpin. Qrib ħafna tal-waqfa ferrovjarja ta' Bucha kien hemm villaġġ żgħir imsejjaħ Yablunka, fejn kien hemm fabbrika tal-brikks. Yablunka jissemma fid-dizzjunarju ġeografiku bil-Pollakk fis-seklu 19 bħala l-villaġġ ta' Jabłonka 37 verst 'il bogħod minn Kiev.[2]
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, qabel il-liberazzjoni ta' Kiev mill-forzi Nażisti f'Diċembru 1943, Bucha kienet il-post fejn kien hemm il-kwartieri ġenerali tal-Ewwel Front Ukren taħt il-kmand tal-Ġeneral Vatutin.[3]
Bucha ngħatat l-istatus ta' belt fid-9 ta' Frar 2006 (preċedentement, Bucha kien raħal fi ħdan il-muniċipalità tal-belt ta' Irpin).[4]
Battalja ta' Bucha
[immodifika | immodifika s-sors]Matul l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022, seħħ ħafna ġlied bil-bumbardamenti f'Bucha bħala parti mill-offensiva ta' Kiev, u dan irriżulta f'telfiet kbar imġarrba mir-Russi.[5] Il-belt inħakmet mill-forzi Russi fit-12 ta' Marzu 2002. Is-sindku Anatoliy Fedoruk ħabbar li l-forzi Ukreni reġgħu ħadu lura l-belt ta' Bucha f'idejhom fil-31 ta' Marzu 2022.[6]
Massakru ta' Bucha
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-2 ta' April 2022, ħarġu rapporti tal-aħbarijiet u filmati fejn dehru t-toroq ta' Bucha mimlija katavri ta' nies lebsin ilbies ċivili. Uħud minnhom instabu b'idejhom marbutin.[7] Skont l-ewwel stimi nstabu mill-inqas 280 katavru.[8]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Bucha tinsab fl-Oblast ta' Kiev, 25 kilometru fil-Punent ta' Kiev. Fil-konfini tagħha hemm il-bliet ta' Irpin u ta' Hostomel u l-villaġġi ta' Vorzel, ta' Mykhailivka-Rubezhivka, u ta' Blystavytsia.[9]
Postijiet u nies
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm grawnd tal-futbol f'Bucha msejjaħ Yuvileiny Stadium, fejn f'Ottubru 2016 seħħew xi partiti tal-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew ta' Taħt id-19-il Sena tal-UEFA tal-2017.
F'Bucha hemm fabbrika tal-ħġieġ. Din inbniet fl-1946 u ngħalqet fl-2016. Ħdejha hemm waqfa ferrovjarja żgħira msejħa "Sklozavodska".
L-għeliem prinċipali tal-belt huwa stazzjoni ferrovjarju tas-seklu 19 li jinsab fit-tarf tan-Nofsinhar tal-belt. L-awtostrafa ewlenija M07 tgħaddi mill-belt.
L-awtur Mikhail Bulgakov qagħad f'Bucha ma' familtu matul l-istaġun tas-sajf fid-dar tal-villeġġjatura tiegħu.[10]
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Bucha hija ġemellata ma':
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Statistika tal-Ukrajna" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-04-06. Miġbur 2022-04-07.
- ^ "Słownik geograficzny Królestwa Polskiego i innych krajów słowiańskich, Tom III - wynik wyszukiwania - DIR". dir.icm.edu.pl. Miġbur 2022-04-07.
- ^ область, Бучанский сайт Буча Киевская. "Генерал Ватутін був у Бучі". Бучанський міський сайт . Miġbur 2022-04-07.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Офіційний портал Верховної Ради України". web.archive.org. 2021-06-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-24. Miġbur 2022-04-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Tiefenthäler, Ainara; Willis, Haley; Cardia, Alexander (2022-02-27). "Videos show Russian losses on outskirts of Kyiv" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-07.
- ^ "Russian invasion of Ukraine: tanks and rocket attacks on the cities. Breaking news". news.liga.net (bir-Russu). 2022-04-06. Miġbur 2022-04-07.
- ^ "War in Ukraine: Street in Bucha found strewn with dead bodies" (bl-Ingliż). 2022-04-02. Miġbur 2022-04-07.
- ^ "Hundreds buried in mass grave in Bucha, near Kyiv: Mayor". www.aljazeera.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-07.
- ^ DNVP "Cartography". Bucha, mappa tal-belt 1:10 000, Kiev, 2010.
- ^ Drawicz, Andrzej (2001). The Master and the Devil: A Study of Mikhail Bulgakov. pp. 8–9. ISBN 9780773475007.