469A Terminu Dekadenza

Scarica in formato pdf o txt
Scarica in formato pdf o txt
Sei sulla pagina 1di 8

Kopja Informali ta' Sentenza

MALTA

QORTI TA' L-APPELL

S.T.O. PRIM IMHALLEF


VINCENT DE GAETANO

ONOR. IMHALLEF
JOSEPH D. CAMILLERI

ONOR. IMHALLEF
JOSEPH A. FILLETTI

Seduta tat-13 ta' April, 2007

Appell Civili Numru. 793/2002/1

Mizzi Antiques Limited u Millennia Limited

v.

Il-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Qorti:

Preliminari

1. Dan hu appell minn sentenza moghtija mill-Prim Awla


tal-Qorti Civili fit-3 ta’ Mejju 2004 li permezz taghha hija
laqghet l-ewwel eccezzjoni sollevata mill-konvenut

Pagna 1 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

Kummissarju tal-Pulizija. Ghall-ahjar intendiment tas-


sentenza odjerna, qed tigi hawn riprodotta fl-intier taghha
s-sentenza appellata:
“Rat l-att tac-citazzjoni pprezentat fit-12 ta’ Lulju, 2002 li
permezz taghha l-atturi ppremettew:

“Illi nhar id-29 ta’ Ottubru, 2000, u nhar il-11 ta’ Frar,
2001, il-pulizija gieghlet lis-socjetajiet attrici jew min
minnhom jaghlqu il-hanut “Millennia” li jinsab fi Triq Aldo
Moro, Marsa.

“Illi l-permess tal-imsemmi hanut huwa f’isem is-socjeta`


attrici Mizzi Antiques Limited filwaqt li s-socjeta` attrici
Millenia Limited topera l-azjenda tal-istess hanut.

“Illi l-imsemmi hanut gie maghluq minghajr ebda raguni


valida skond il-ligi stante illi s-socjetajiet attrici jew min
minnhom kellhom l-licenzji kollha mehtiega inkluz dak
mahrug mill-Kummisarju tal-Pulizija sabiex joperaw bhala
hanut u kienu infurmaw lill-konvenut illi kienu ser
jinzammu il-fieri fil-granet relattivi.

“Illi b’dan l-agir illegali u abbuziv l-atturi jew min minnhom


sofrew danni ngenti materjali, liema danni ma gewx
sofferti biss dakinhar li s-socjetajiet attrici jew min
minnhom gew mgieghla jaghlqu il-hanut izda sahansitra
fil-futur immedjat wara l-imsemmija granet, u dan ghaliex
mhux biss sussegwentement s-socjetajiet attrici baqghu
ma jifthux il-hanut nhar ta’ Hadd fuq ordnijiet tal-Pulizija
Ezekkutiva sakemm inqatghet il-kawza fil-Qorti tal-Appell
ppresduta mill-Onor. Imhallef Vincent Dagaetano nhar it-8
ta’ Frar, 2002, fl-ismijiet Pulizija vs. Desmond Mizzi, izda
sofrew ukoll telf ta’ profitti addizzjonali in vista tal-fatt li
b’paragun mal-gimghat precedenti fejn l-imsemmi hanut
fetah nhar ta’ Hadd, il-bejgh relattiv naqas sostanzjalment.

“Illi inoltre fl-imsemmija dati, s-socjetajiet attrici kienu qed


izommu fieri fil-fanut hawn fuq imsemmi, ghall-liema fieri
s-socjetajiet attrici kienu dahlu fi spejjez sostanzjali, u
ghalhekk d-danni li gew sofferti kienu ikbar.

Pagna 2 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

“Illi ghalkemm interpellati sabiex ihallsu d-danni ngenti li


gew sofferti mis-socjetajiet attrici, l-konvenut baqa’
inadempjenti.

“Ghalhekk jitlob lil din l-Onorabbli Qorti ghaliex


m’ghandhiex:

1. Tiddikjara illi l-agir tal-konvenut fuq imsemmi kien


illegali u abbuziv.

2. Tiddikjara lill-konvenut responsabbli ghad-danni ngenti


u telf ta’ qliegh li gew sofferti mis-socjetajiet attrici frott ta’
l-imsemmi agir.

3. Tillikwida d-danni kkagunati u telf ta’ qliegh soffert mis-


socjetajiet attrici f’somma li tista’ tigi likwidata okkorrendo
bl-operat ta’ periti u esperti nominandi.

4. Tikkundanna lill-konvenut, ihallsu lill-istess s-socjetajiet


attrici s-somma hekk likwidata u dikjarata bhala dovuta
minnhom in linea ta’ danni u telf ta’ qliegh kif fuq
imsemmi.

“Bl-ispejjez kontra l-konvenut, li huwa minn issa ngunti


sabiex jidher ghas-subizzjoni.

“Rat id-dikjarazzjoni tas-socjetajiet attrici mahlufa minn


Joseph Tabone ID 252869 (M) u l-lista tax-xhieda.

“Rat in-nota ta’ l-eccezzjonijiet ipprezentata fl-14 ta’


Ottubru, 2002 li permezz taghha il-konvenut Kummissarju
tal-Pulizija eccepixxa:

1. Illi c-citazzjoni ta’ l-atturi hija irritwali u


inammissibli ratione temporis ghaliex prezentata fuori
termine is-sitt xhur li jipprovdi l-Artikolu 469A tal-Kap 12
subinciz (3) biex issir l-azzjoni biex jitwaqqa’ eghmil
amministrattiv u biex issir it-talba ghal danni
konsegwenzjali.

Pagna 3 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

Illi hija gurisprudenza kostanti ta’ dawn il-qrati li dan il-


perjodu msemmi huwa wiehed ta’ dekadenza u mhux
preskrittiv.

2. Illi subordinatament u minghajr pregudizzju ghall-


eccezzjoni precedenti c-citazzjoni hija inammissibli ukoll
ghaliex trattandosi ta’ sfida ghall-eghmil amministrattiv (u
danni reklamati) m’hemm l-ebda talba fic-citazzjoni biex
din il-Qorti tissindaka dan l-eghmil u jekk ikun il-kaz, dan
ikun dikjarat null u minghajr effett.

3. Illi wkoll subordinament u minghajr pregudizzju


skond l-istess artikolu fuq citat, ir-risarciment tad-dannu
huwa ammissibli biss jekk, l-awtorita’ amministrattiva,
f’dan il-kaz il-konvenut, agixxa in mala fede jew b’mod
mhux ragonevoli – certament li qatt ma kien il-kaz.

4. Illi subordinament u minghajr pregudizzju ghall-


eccezzjonijiet kollha precedenti, it-talbiet kollha tas-
socjetajiet attrici huma infondati fil-fatt u fid-dritt ghaliex l-
eccipjent qeda id-doveri tieghu skond il-ligi biex is-
socjetajiet imsemmija ma jiksrux il-ligijiet u r-regolamenti
vigenti.

“Salvi eccezzjonijiet ohra permessi bil-ligi.

“Rat id-dikjarazzjoni tal-konvenut mahlufa mill-


Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo ID 324756 (M) u l-
lista tax-xhieda.
“Rat l-atti processwali u l-verbal tas-seduta tad-19 ta’
Jannar 2004 li permezz taghha l-kawza thalliet ghas-
sentenza dwar l-ewwel eccezzjoni tal-konvenut.

“Ikkunsidrat.

“Illi l-eccezzjoni hija fis-sens illi l-kawza ma gietx intavola


entro s-sitt xhur imsemmija fl-artikolu 469A tal-Kap 12.

“Billi fic-citazzjoni ma hemmx indikat li l-kawza qed issir


taht dan l-artikolu l-Qorti se tesamina jekk dan huwiex il-
kaz. Is-socjeta` attrici qed titlob minn din il-Qorti
dikjarazzjoni illi l-agir tal-konvenut illi f’zewg okkazzjonijiet
Pagna 4 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

gieghel lill-istess socjeta` attrici taghlaq il-hanut Millenia,


il-Marsa kien illegali u abusiv u kundanna ghal hlas tad-
danni konsegwenzjali.

“Id-definizzjoni ta’ eghmil amministrattiv that is-subartikolu


2 tal-imsemmi artiklu hija;

‘Il-hrug ta’ kull ordni, licenzja, permess, warrant, decizjoni


jew ir-rifjut …li jsir minn awtorita` pubblika.’

“Il-fatt li l-atturi qed jitolbu d-dikjarazzjoni imsemmija fuq il-


bazi li l-istess agir kien illegali jidher li jinkwadra ruhu taht
is-subartikolu (1) meta jghid illi hemm gurisdizzjoni tal-
Qrati meta l-eghmil in kwistjoni ikun x’mod kontra l-ligi.
Ghalhekk l-ordni li taw il-pulizija lis-socjeta` attrici ghall-
istess raguni taqa’ taht l-artiklu imsemmi.

“Stabbilit dan, wiehed irid jara jekk l-eccezzjoni imsemmija


ghandhiex tigi milqugha. Il-fatti huma li l-azzjoni giet
intavolata fit-12 ta’ Lulju 2002 meta l-ordnijiet imsemmija
inghataw it-tnejn fid-29 ta’ Ottubru 2000 u fil-11 ta’ Frar
2001. Kwindi palesament ferm iktar minn sitt xhur qabel
ma giet intavolata l-kawza. L-abbli difensur tal-atturi qed
jargumenta illi l-atturi ma setghux jipprocedi b’din il-kawza
qabel ma gie stabbilit mill-Qorti tal-Appelli kriminali illi
huma ma kienux hatja tal-akkuza migjuba kontra taghhom
mill-Pulizija fir-rigward tal-ftuh tal-hanut fil-granet pubblici.

“Bir-rispett kollhu l-Qorti ma taqbilx ma’ dan. Kif gie ritenut


fis-sentenza fl-ismijiet Co-op Services Limited vs
Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku deciza fil-25 ta’
Settembru 2003;

‘Illum hu stabbilit li z-zmien ta’ sitt xhur imsemmi fl-artikolu


469A tal-Kap 12 hu wiehed ta’ dekadenza (ara sentenza
G Zammit vs Awtorita` ta’ l-Ippjanar PA 2-2-2000). Dan
ifisser li tali terminu ma jigix interrot jew sospiz bhal ma
jigri fil-kaz tat-terminu ta’ preskrizzjoni. Fi kliem iehor l-atti
gudizzjarji li normalment jitqiesu bhala tajbin biex
jinterrompu l-perjodu preskrittiv, jew il-fatt li jkunu
ghaddejjin diskussjonijiet bejn il-partijiet wara li jkun sar l-

Pagna 5 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

eghmil amministrattiv ma jservu xejn biex izommu l-


moghdija ta’ sitt xhur li ssemmi l-ligi.

‘… il-Ligi ma tghidx li z-zmien jibda ghaddej minn meta l-


parti interessata tircievi taghrif formali jew ufficjali miktub
dwar id-decizjoni. Tghid biss li z-zmien ta’ sitt xhur jibda
jghaddi minn dak in-nhar li l-parti ssir taf jew messha ssir
taf b’dak l-eghmil, liema data tigi l-ewwel’.

“Illi ghalhekk f’dan il-kaz is-sitt xhur bdew ghaddejjin minn


meta l-hwienet inghalqu ghaliex hu car li f’dak il-jum stess
l-atturi kienu jafu diga’ bl-ordni. Ebda fatt iehor, sija
purament fattwali jew legali ma jista’ jinterrompi jew
jissospendi d-dekorriment ta’ sitt xhur. L-atturi setghu
liberament istitwew l-azzjoni fil-perjodu imsemmi, anke
jekk imbghad il-Qorti setghet tissospendi s-smigh tal-
kawza sakemm tigi deciza l-kawza kriminali, izda dan il-
fatt u cioe’ l-pendenza tal-proceduri kriminali certament
ma interrompix il-perjodu imsemmi.

“Ghal dawn il-mottivi il-Qorti tilqa’ l-ewwel eccezzjoni


tal-konvenut u tilliberah mill-osservanza tal-gudizzju.

“Spejjez ghandhom jigu sapportati mis-socjeta`


attrici.”

L-appell

2. Minn din is-sentenza appellaw is-socjetajiet attrici.


Huma ghandhom bazikament zewg aggravji. L-ewwel
aggravju hu fis-sens li, filwaqt li huma jirrikonoxxu li s-
subartikolu (3) ta’ l-Artikolu 469A jippreskrivi terminu ta’
sitt xhur, dan it-terminu, trattandosi ta’ ghemil
amministrattiv li qieghed impunjat bhala ultra vires, ma
setax jibda jiddekorri mid-29 ta’ Ottubru 2000 jew mill-
hdax ta’ Frar 2001 izda, skond huma, kellu jibda jiddekorri
wara li giet deciza l-kawza mill-Qorti ta’ l-Appell fit-8 ta’
Frar 20021 ghax, skond huma, kien biss minn din l-ahhar
data “…illi l-att amministrattiv seta’ jigi meqjus u
kkunsidrat konkretament u gustament bhala ultra vires.”

1
Ara kopja tas-sentenza a fol. 17 tal-atti.

Pagna 6 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

Skond huma, ma setghux “…jiehdu r-risku illi jintavolaw il-


kawza odjerna intempestivament minghajr ma jistennew l-
ezitu tal-proceduri kriminali istitwiti kontra d-direttur
taghhom stante illi li kieku l-istess direttur kien jinstab hati
ta’ l-akkuzi migjuba kontrih, zgur li ma kienx ikun hemm
lok ghall-azzjoni odjerna ghaliex l-att amministrattiv jew l-
ordni tal-konvenut kien ikun wiehed lecitu u entro l-
parametri tal-ligi f’tali kaz.” It-tieni aggravju hu fis-sens li
d-decizjoni ta’ l-ewwel Qorti kienet skarna u mhux ben
motivata.

Konsiderazzjonijiet ta’ din il-Qorti

Din il-Qorti ma tistax hlief tqis dana l-appell bhala wiehed


altament fieragh u vessatorju. Jibda biex jinghad li,
kwantu ghat-tieni aggravju, is-sentenza appellata hija
sufficjentement motivata u indirizzat il-punt li kellha
tindirizza, cioe` l-ewwel eccezzjoni tal-konvenut, illum
appellat. Meta qorti tigi biex tidderimi vertenza, ma hux
neccessarju fil-generalita` tal-kazijiet u meta ma jkunx
hemm xi punt difficli jew novell ta’ dritt li jkun qed jigi
kkunsidrat, li s-sentenza tkun imtaqqla b’xi hafna referenzi
ghal sentenzi u/jew awturi. Sentenzi ma humiex ezercizzji
akkademici intizi ghall-pubblikazzjoni f’gurnali jew rivisti
tax-xjenza forensi, izda huma intizi l-ewwel u qabel kollox
sabiex, mill-aktar fis possibbli, jidderimu gustament u
skond il-ligi kwistjoni bejn il-partijiet. Irid ikun hemm
motivazzjoni ossia ragunijiet u anke certi elementi bazici;
pero` l-Artikolu 218 tal-Kap. 16 – li jindirizza proprju r-
rekwiziti bazici ta’ sentenza – ma jirrikjedix aktar minn dak
li effettivament wiehed isib fis-sentenza appellata. Dana l-
aggravju ghalhekk huwa infondat.

Kwantu ghat-tieni aggravju, dana wkoll huwa altament


fieragh. Apparti li l-appellanti, fic-citazzjoni taghhom, rabtu
t-talbiet taghhom ma dati specifici meta nghata l-ordni – l-
eghmil amministrattiv – li qed jigi impunjat (29/10/2000 u
11/2/2001), huwa principju baziku tas-sistema legali
taghna li l-kawza penali u l-kawza civili, anke meta l-
meritu jkun intrinsikament l-istess, jikkostitwixxu proceduri
separati u distinti u dan, jekk mhux ghal xi haga ohra,
minhabba l-grad differenti ta’ prova li hu mehtieg fil-wahda
Pagna 7 minn 8
Qrati tal-Gustizzja
Kopja Informali ta' Sentenza

u fl-ohra. Anke li kieku, ghall-grazzja ta’ l-argument, il-


Qorti ta’ l-Appell Kriminali waslet ghal decizjoni differenti
minn dik li effettivament waslet ghaliha fit-8 ta’ Frar 2002,
u flok ma cahdet l-appell ta’ l-Avukat Generali sabet lil
Desmond Mizzi hati kif originarjament imputat, ma kien
hemm xejn li jzomm lill-Prim Awla tal-Qorti Civili milli tasal
ghal konkluzzjoni differenti ghall-finijiet ta’ stharrig
gudizzjarju skond l-Artikolu 469A tal-Kap. 16. Apparti minn
hekk – ghalkemm dan huwa forsi punt marginali fic-
cirkostanzi – il-proceduri penali fi grad ta’ appell gew
inizjati fuq appell ta’ l-Avukat Generali wara liberazzjoni da
parti tal-Qorti Inferjuri u s-subartikolu (4) ta’ l-Artikolu 416
tal-Kodici Kriminali jipprovdi li “F’ebda kaz l-appell
maghmul mill-Avukat Generali...ma jwaqqaf l-ezekuzzjoni
tas-sentenza.” Fi kwalunkwe kaz huwa evidenti li t-
terminu ta’ sitt xhur ghall-kontestazzjoni ta’ l-ghemil
amministrattiv de quo kellu jibda jiddekorri mid-data li fih l-
appellanti saru jafu jew setghu jsiru jafu bih, u fl-ahjar
xenarju ghall-appellanti – fl-ipotesi, li anqas ma qed tigi
minnhom prospettata, li huma sal-11 ta’ Frar 2001 ma
kienux jafu bl-ordni li kien ta l-Kummissarju tal-Pulizija –
huma ma setghux ma jkunux jafu b’dak l-ordni meta
Desmond Mizzi gie liberat mill-Qorti tal-Magistrati fit-13 ta’
Gunju 2001. L-argument dwar il-“konkretizzazzjoni” ta’ l-
ghemil amministrattiv huwa semplicement tentattiv fjakk
biex l-appellanti jipprovaw jaharbu mill-fatt inezorabbli li l-
azzjoni taghhom giet prezentata tardivament.

Decide

Ghall-motivi premessi, tichad l-appell u tikkonferma s-


sentenza appellata, bl-ispejjez kontra l-appellanti. U
peress li dana l-appell huwa wiehed fieragh u vessatorju
fis-sens ta’ l-Artikolu 223(4) tal-Kap. 12, tikkundanna lill-
appellanti li jhallsu lill-appellat l-ispejjez ghal darbtejn.

< Sentenza Finali >

---------------------------------TMIEM---------------------------------
Pagna 8 minn 8
Qrati tal-Gustizzja

Potrebbero piacerti anche