Discogs
Data meta nħoloq | Ottubru 2000 |
---|---|
Name | Discogs |
Name in kana | ディスコグス |
Imsemmi għal | diskografija |
Founded by | Kevin Lewandowski |
Pajjiż | Stati Uniti tal-Amerka |
Propjetarju | Zink Media |
Post tal-kwartieri ġenerali | Portland |
Lingwa tax-xogħol jew isem | Ingliż |
Sit uffiċjali | https://www.discogs.com |
Blogg uffiċjali | https://blog.discogs.com |
Discogs (tqassira ta' discographies bl-Ingliż) huwa database ta' informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet awdjo, inkluż matejal maħruġ kummerċjalment, materjal promozzjonali, u bootlegs jew off-label. Il-kontenuti tad-database huma ġġenerati mill-utenti, u ġie deskritt f'The New York Times bħala "like Wikipedia".[1] Filwaqt li s-sit inħoloq oriġinarjament bil-għan li jsir l-akbar database disponibbli online tal-mużika elettronika,[2] issa jinkludi materjal fil-ġeneri kollha u fil-formati kollha.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Discogs inbeda fl-2000 minn Kevin Lewandowski li kien jaħdem bħala programmer mal-Intel.[1][3] Oriġinarjament inbeda minn kompjuter fl-armarju ta’ Lewandowski u kien limitat għall-mużika elettronika. Sal-2015, Discogs kellu 37 impjegat, 3 miljun utent, u traffiku ta' 20 miljun żjara ta' kull xahar.[1]
Fl-aħħar tal-2005, tnieda s-suq ta' Discogs, biex jinbiegħu u jitpartu d-disk.[4]
F'Lulju 2007, ġiet introdotta sistema ġdida bbażata fuq abbonament għall-bejjiegħa fuq is-sit, imsejħa Market Price History. Dan tat lill-utenti b'aċċess imħallas għall-prezzijiet li oġġetti nbiegħu bihom sa 12-il xahar qabel minn bejjiegħa preċedenti li kienu biegħu eżattament l-istess diska (għalkemm l-ewwel 60 jum ta' kien offrut b'xejn lill-utent kollha). Fl-istess ħin, it-tariffa ta' US$12 fis-sena għal abbonamenti avvanzati tneħħiet, peress li nħass li l-karatteristiċi miżjuda għandhom ikunu disponibbli għall-abbonati kollha, issa li kien instabet sors ta' dħul differenti minn bejjiegħa u xerrejja. Aktar tard dik is-sena, il-karatteristiċi kollha ta' aċċess imħallas ġew skartati u l-użu sħiħ tas-sit sar mingħajr ħlas, li jippermetti lill-utenti kollha jaraw l-istorja sħiħa tal-prezzi tas-suq (Market Price History) ta' 12-il xahar ta' qabel fuq kull oġġett.[2]
Suq
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Suq Discogs huwa mmudellat simili għal Amazon u eBay fejn il-bejjiegħa joffru oġġetti għall-bejgħ u titħallas tariffa fuq kull oġġett mibjugħ.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Sisario, Ben (2015-12-29). "Discogs Turns Record Collectors' Obsessions Into Big Business". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Miġbur 2023-06-29.
- ^ a b Saunders, Luke (Sep 8, 2021). "Discogs: what is it, where it came from, and how to use it". Happy Mag (bl-Ingliż). Miġbur 2019-10-08.
- ^ Carnes, Richard (26 Mar 2010). "Discogs: Vinyl revolution". Resident Advisor. Miġbur 2023-12-13.
It took about six months working nights and weekends on Discogs, and I launched it in November 2000.
- ^ Garber, David (2015-02-26). "How Discogs Dragged Record Collecting Into the 21st Century". Vice. Miġbur 2022-03-13.
- ^ Savage, Mark (2018-05-02). "Vinyl collectors spent millions on Discogs last year". BBC News (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-May 2, 2018. Miġbur 2023-06-30.