Aqbeż għall-kontentut

Gurban Gurbanov

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gurban Gurbanov
Informazzjoni personali
Isem sħiħGurban Osman oglu Gurbanov
Twelid13 ta' Mejju 1972 (1972-05-13) (52 sena)
Zaqatala, Ażerbajġan
Tul1.77 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliQarabağ (kowċ)
Karriera professjonali
SninKlabb
1989–1991Dashgyn Zagatala
1991–1992Mertskhali Ozurgeti
1992–1993Dashgyn Zagatala
1993–1995Turan Tovuz
1995–1996Kur-Nur
1996–1998Neftchi Baku
1998Dynamo Stavropol
1999Baltika Kaliningrad
1999–2001Fakel Voronezh
2001Neftchi Baku
2002Fakel Voronezh
2003Volgar Gazprom
2004–2005Neftchi Baku
2005–2006Inter Baku
Tim nazzjonali
1992–2005Ażerbajġan
Timijiet ikkowċjati
2006–2007Neftchi Baku
2008–Qarabağ

Gurban Gurbanov (twieled fit-13 ta' April 1972) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Ażerbajġani. Bħalissa huwa l-kowċ ta' Qarabağ. Huwa lagħab fil-pożizzjoni ta' attakkant. Huwa beda fil-klabb lokali Dashgyn Zagatala fl-1989, Gurbanov kellu karriera dekorata professjonali ta' 17-il sena. Huwa skorja 174 gowl fi 396 logħba tal-kampjonat.

Hu beda l-karriera tiegħu ma' Dashgyn Zagatala, u mbagħad lagħab għall-Mertskhali Ozurgeti, Turan Tovuz, Kur-Nur, Neftchi Baku, Dinamo Stavropol, Baltika Kaliningrad, Fakel Voronezh u Volgar Gazprom. L-aħħar klabb li hu lagħab fi ħdanu kien Inter Baku. Fl-istaġun 1996-97, Gurbanov kien l-iskorer ewlieni fil-Premier League Ażerbajġan għal Neftchi b'25 gowl.[1] Fl-2013, l-attakkant kien kiseb l-unur tal-Player tas-Sena tal-Ażerbajġan.[2]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa għamel id-debutt għat-tim nazzjonali fl-ewwel logħba tiegħu fis-17 ta' Settembru 1992, u minn Jannar 2006 huwa skorja 14-il gowl f'66 logħba internazzjonali, li huwa rikordju nazzjonali tal-aqwa skorer tat-tim.[3]

Wara li kien spiċċa l-karriera tal-futbol bħala plejer, sar direttur tal-isport ta' Inter Baku. Madanakollu, fis-sajf tal-2006 inħatar bħala l-kowċ ta' Neftchi Baku. Mill-bidu tal-istaġun 2008-09, huwa nħatar bħala l-kowċ ta' FK Qarabağ sabiex jissostitwixxi lil Rasim Kara.

Fl-2010, huwa sar l-aktar kowċ ta' suċċess mill-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet Ewropej, fejn rebaħ 11-il logħba .[4]

Gowls Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

[5]

# Data Post Avversarju Skor Riżultat Kompetizzjoni
1. 8 ta' Ġunju 1993 Tehran  Każakistan 1–1 3–3 Tazza ECO
2. 8 ta' Ġunju 1993 Tehran  Każakistan 1–1 3–3 Tazza ECO
3. 27 ta' Frar 1996 Larnaca  Gżejjer Faroe 3–0 3–0 Logħba ta' ħbiberija
4. 27 ta' Mejju 1996 Molodechno  Bjelorussja 1–1 2–2 Logħba ta' ħbiberija
5. 22 ta' Marzu 1997 Baku  Turkmenistan 3–0 3–0 Logħba ta' ħbiberija
6. 14 ta' Ottubru 1998 Vaduz  Liechtenstein 2–1 2–1 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej
7. 6 ta' Marzu 1999 Larnaca  Estonja 1–0 2–2 Logħba ta' ħbiberija
8. 5 ta' Ġunju 1999 Baku  Liechtenstein 1–0 4–0 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej
9. 12 ta' Frar 2003 Podgorica  Serbja u Montenegro 2–1 2–2 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej
10. 12 ta' Frar 2003 Podgorica  Serbja u Montenegro 2–2 2–2 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej
11. 11 ta' Ġunju 2003 Baku  Serbja u Montenegro 1–1 2–1 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej
12. 6 ta' Ġunju 2004 Riga  Latvja 1–2 2–2 Logħba ta' ħbiberija
13. 31 ta' Marzu 2004 Chisinau  Moldova 1–1 2–1 Logħba ta' ħbiberija
14. 28 ta' Mejju 2004 Baku  Użbekistan 1–0 3–1 Logħba ta' ħbiberija
  1. ^ Manaschev, Erlan (2008-06-06). "Azerbaijan – List of Topscorers". Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2008-06-27.
  2. ^ Movsumov, Rasim (2006-01-15). "Azerbaijan – Player of the Year Awards". Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2008-06-27.
  3. ^ Raynor, Dominic (2004-10-13). "The Azeri omens". ESPN Soccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-05. Miġbur 2008-06-27.
  4. ^ Suleymanov, Mehman. "Qurban Qurbanov 1-ci, komandası 2-ci" (bl-Ażerbajġani). APASPORT News Agency. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-25. Miġbur 2010-08-06.
  5. ^ http://eu-football.info/_player.php?id=11550

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]