Aqbeż għall-kontentut

Nexhmije Pagarusha

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nexhmije Pagarusha
Ħajja
Twelid Pagarushë (en) Translate, 7 Mejju 1933
Nazzjonalità Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Kosovo
Mewt Prixtina, 7 Frar 2020
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
kantant tal-opri
Psewdonomu Bilbili i Kosoves
Moviment artistiku opra
mużika tradizzjonali
mużika rock
mużika pop
funk
Tip ta' leħen contralto
sopran
Strument/i tal-mużika vuċi

Nexhmije Pagarusha (pronunzja bl-Albaniż: [neˈd͡ʒmijɛ pagaˈɾuʃa]; is-7 ta’ Mejju 1933 – is-7 ta’ Frar 2020) kienet kantanta u attriċi mir-Repubblika tal-Kosovo, li spiss kienet tissejjaħ ir-reġina tal-mużika tal-Kosovo. Pagarusha kisbet il-fama bħala kantanta fil-Kosovo u fil-pajjiżi ġirien għall-firxa vokali distinta tagħha bħala soprano, li kienet toħroġ fid-dieher meta kienet tkanta diversi kanzunetti folkloristiċi tal-Kosovo matul il-karriera tagħha ta’ 36 sena, mill-1948, fid-debutt tagħha f’Radio Prishtina, sal-1984, fil-kunċert finali tagħha f’Sarajevo. L-istil mużikali tagħha ma kienx limitat biss għall-mużika Albaniża, peress li kienet tkanta b’diversi ġeneri, fosthom rock, pop, funk, opri/mużika klassika, u bosta oħrajn.[1]

Nexhmije Pagarusha twieldet f’villaġġ żgħir f’Pagarusha, ħdejn ir-raħal ta’ Mališevo, f’Banovina, ir-Renju tal-Jugoslavja (illum il-Kosovo). Hija temmet l-iskola primarja f’Mališevo u mbagħad marret Belgrad, fejn attendiet skola tal-mużika għal tliet snin, fis-sezzjoni magħrufa bħala solo canto. Hija bdiet il-karriera mużikali tagħha bħala kantanta għal Radio Prishtina fl-1948.[1]

Ix-xogħol mużikali kreattiv tagħha dam għaddej għal kważi 40 sena, u fid-dawl tal-kuntrast fil-ġeneri mużikali li kantat, mhix faċli li tillimita lil Pagarusha għal tip speċifiku ta’ kantanta. L-interpretazzjonijiet tagħha fil-mużika folkloristika kienu tal-istess livell għoli bħalma kienu l-interpretazzjonijiet tagħha fil-mużika klassika, speċjalment fl-opri. Pagarusha kienet maħbuba mill-kritiċi tal-mużika u kellha bosta ammiraturi mużikali. Hija kienet tiġi msejħa Bilbili i Kosovës (rużinjol tal-Kosovo), reġina tal-mużika tal-Kosovo, Madame Butterfly, eċċ.

Hija kisbet popolarità mhux biss f’pajjiżha stess iżda anke f’pajjiżi Ewropej oħra, bħall-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, eċċ. Hija wettqet diversi tours mal-kumpless mużikali Shota f’dawk il-pajjiżi. Fil-Kosovo, hija kisbet it-titlu ta’ Këngëtare e shekullit (Kantanta tas-Seklu).

Waħda mill-iktar kanzunetti popolari tagħha hija Baresha (Ir-Ragħajja). Il-mużika tal-kanzunetta kitibha r-raġel tagħha, Rexho Mulliqi, u l-lirika kitibha Rifat Kukaj. Pagarusha kantat u rreċtat f’diversi opri teatrali u films, u anke bħala attriċi rebħet bosta premjijiet.

Hija temmet il-karriera mużikali tagħha fl-1984 wara li organizzat kunċert aħħari kbir f’Sarajevo. Fis-sena 2000 hija kantat il-kanzunetta Për ty (Għalik) f’programm televiżiv Albaniż, wara 16-il sena ta’ assenza. Hija ħadmet bħala konsulent ewlieni għall-mużika fuq Radio Kosovo u fuq Radio Blue Sky, it-tnejn li huma f’Prishtina.

Nexhmije Pagarusha ngħatat il-premju tal-“Ġieħ tan-Nazzjon” (bl-Albaniż: Nderi i Kombit) mill-President tal-Albanija Bujar Nishani f’Novembru 2012.[2]

Nexhmije Pagarusha mietet fis-7 ta’ Frar 2020 minħabba marda mhux magħrufa.[1]

Kanzunetti mhux f’album

[immodifika | immodifika s-sors]

Pagarusha interpretat iktar minn 150 kanzunetta. Uħud mill-iktar kanzunetti tagħha ta’ suċċess kienu:

  • Baresha (Ir-ragħajja)
  • Ani mori nuse (Tajjeb wisq, ja żagħżugħa miżżewġa)
  • Mora testin (Għamilt it-test)
  • Kur më shkon si zog n'hava (Meta ttir bħal għasfur fis-sema)
  • Kur më del në derë (Meta titfaċċa fuq l-għatba tal-bieb tiegħi)
  • Ke selvitë (Maċ-ċipressi)
  • Ç'u ngrit lulja në mëngjes (Kif jiftħu l-fjuri filgħodu)
  • Çil njat zemër plot kujtime (Iftaħ dik il-qalb mimlija memorji)
  • Dallëndyshe (Ħuttafa)
  • Një lule (Fjura)
  • Zambaku i Prizrenit (Il-ġilju ta’ Prizren)
  • Sytë për ty i kam të njomë (Għajnejja mimlijin dmugħ għalik)
  • Makedonska krvava svadba (bl-Albaniż: Dasma e përgjakur; bl-Ingliż: Bloody Wedding (1967)) bħala Nedžmije Pagaruša
  • Jugovizija (bl-Albaniż: Jugovizioni, bl-Ingliż: Jugovision (1973))
  • Gëzuar viti i ri (Happy New Year (1976))[3]
  • E kafshoja terrin (Biting the darkness (1977))[4]
  • I ikuri (Gone (1980))[5]
  • Tre vetë kapërcejnë malin (Three people overpass the mountain (1981))[6]
  • Lepuri me pesë këmbë (The Five-Legged Hare)[7]
  • Fluturimi i Micakut (Micak's flight)
  • Daullet e të çmendurve (The drums of the crazy ones)
  • Rexha i nënës në grazhd të kalit (Mother's son Rexha in the stall)
  • Vrasësit bëjnë dasmë natën (The killers throw a wedding at night time (1997))
  1. ^ a b ċ ""Biografia: Nexhmije Pagarusha". Arkivjat fl-10-07-2015". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-07-10. Miġbur 2021-05-01.
  2. ^ ""Nderi i Kombit", Nexhmije Pagarusha (bl-Albaniż), Gazeta Express". Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-11-03. Miġbur 2021-05-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ ""Gëzuar viti i ri". imdb.com".
  4. ^ ""E kafshoja terrin". imdb.com".
  5. ^ ""I ikuri". imdb.com".
  6. ^ ""Tre vetë kapërcejn malin". imdb.com".
  7. ^ "Movie Reviews" (bl-Ingliż). 2021-04-30. Miġbur 2021-05-01.