Aqbeż għall-kontentut

Festival tal-Eurovision tat-Tfal

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Festival tal-Eurovision tat-Tfal (bil-Franċiż: Concours Eurovision de la Chanson Junior), magħruf ukoll bħala l-Junior Eurovision Song Contest (JESC), huwa konkors internazzjonali tal-kanzunetti organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU) u li hu miftuħ esklussivament għal membri ta' din konfederazzjoni. Din issir kull sena ġewwa belt Ewropea.

Din il-kompetizzjoni tgawdi minn diversi similaritajiet mal-Festival tal-Eurovision. Kull stazzjon parteċipanti jibgħat esebitur/i, li għandhom ikunu bejn 10 u 15-il sena, u kanzunetta oriġinali ta' madwar 2 minuti u 30 sekonda u 2 minuti u 45 sekonda biex jikkompetu kontra kompetituri oħra. Kull kanzunetta tirrapreżenta lil pajjiż partikulari li jiġi servit mix-xandar parteċipanti. It-telespettaturi minn dawn il-pajjiżi huma mistiedna sabiex jivvutaw għall-aqwa esebizzjonijiet permezz tat-televotazzjoni (minkejja li ġurija tista' tintuża' jekk stazzjon ma jkunx jista' jxandar il-festival b'mod dirett). Ir-rebbieħ finali tal-festival ikun dak li rċieva l-aktar punti wara li jinġabru l-voti kollha.

Barra l-pajjiżi li jieħdu sehem, il-konkors jintwera wkoll f'diversi territorji oħrajn fosthom il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Estonja, l-Awstralja u l-Iżrael. Mill-2006 'il quddiem il-festival beda jiġi muri direttament fuq l-internet permezz tas-sit uffiċjali tal-Konkors.[1]

Oriġini u storja

[immodifika | immodifika s-sors]

L-oriġini tal-Festival imorru lura lejn is-sena 2000 meta Danmarks Radio kien iżomm festival tal-kanzunetti għat-tfal Daniżi, f'dik is-sena u dik segwenti.[2][3] Din l-idea ġiet estiża għal festival Skandinavu fl-2002, MGP Nordic, bid-Danimarka, in-Norveġja u l-Iżvezja bħala parteċipanti. L-EBU ħadet spunt minn dan il-festival u ddeċidiet li tiftaħ il-kompetizzjoni għal kull membru tal-EBU. Id-Danimarka ġiet mistoqsija biex tospita l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision għaż-Żgħar minħabba l-esperjenza kbira li kellha fl-ospitu tal-kompetizzjonijiet tagħhom u tal-MGP Nordic.

Ksenia Sitnik tat l-ewwel rebħa lill-Bjelorussja fl-2005 permezz tal-kanzunetta My Vmeste

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, it-tieni wieħed kellu xi problemi ta' lokazzjoni. Oriġinarjament, l-avveniment kellu jkun organizzat mix-xandar Brittaniku ITV, f'Manchester.[4]

ITV wara ħabbru li minħabba problemi finanzjarji u raġunijiet ta' skeda, il-festival ma kienx se jieħu post fir-Renju Unit.[5] Hu maħsub ukoll li fattur ieħor wara din id-deċiżjoni kien li minħabba li r-rata ta' telespettaturi għal ITV fis-sena ta' qabel kien inqas minn dak li kien mistenni.[6] L-EBU ħajru lix-xandar Kroat HRT, li kienu rebħu l-festival ta' qabel, biex jospitaw l-avveniment f'Żagreb; wara kien ħareġ illi HRT kienu 'nsew' biex jibbukjaw is-sala fejn kien se jiġi ospitat il-festival. Kien f'dan il-punt, b'ħames xhur oħra għall-festival li l-istazzjon Norveġiż NRK offra ruħu biex jospita l-edizzjoni tal-2004 f'Lillehammer.

Xandara interessati kellhom joffru l-applikazzjoni tagħhom biex b'hekk ikunu evitati l-istess problemi. Il-Belġju, b'hekk, saret l-ewwel pajjiż li l-applikazzjoni tagħha biex tospita l-edizzjoni tal-2005 kienet aċċettata.[7]

Ir-rebbieħ tal-Konkors hu deċiż permezz tat-televotazzjoni. Bejn l-2003 u l-2005, it-telespettaturi kellhom madwar 10 minuti ċans biex jivvutaw wara li l-kanzunetti kollha jkunu tkantaw. Mill-2006 il-linji telefoniċi kienu miftuħa matul il-programm[8] u l-profitti magħmula mill-votazzjoni matul l-edizzjonijiet tal-2007 u l-2008 ingħataw b'donazzjoni lill-UNICEF.[9]

Il-format tal-festival baqa' relattivament l-istess matul il-kors tal-istorja tiegħu fejn dan jikkonsisti f'esebizzjonijiet mużikali diretti minn artisti li jkunu daħlu fil-kompetizzjoni grazzi għax-xandara parteċipanti. L-EBU issostni li l-għan tal-programm hu li "tippromovi talenti żgħażagħ fil-kamp tal-mużika popolari, billi tinkoraġġixxi kompetizzjoni fost il-kompetituri".[10]

Il-programm jittella' ġeneralment nhar ta' Sibt filgħaxija lejn tmiem Novembru jew bidu ta' Diċembru fit-20:15 (CET) u jdum madwar sagħtejn u kwart.

Malin Reitan irrapreżentat lin-Norveġja fl-edizzjoni tal-2005 bil-kanzunetta Sommer Og Skolefri

Tradizzjonalment, il-festival jikkonsisti f'ċerimonja tal-ftuħ fejn il-parteċipanti jingħataw merħba għal dan l-avveniment, fejn wara jsegwi l-kant tal-kanzunetti parteċipanti, u rikapitulazzjoni qasira tal-kanzunetti biex jgħinu lill-votanti biex jiddeċiedu għal-liema kanzunetti se jivvutaw. Wara li jingħalaq il-votazzjoni jsir l-att tal-intervall, u r-riżultati jitħabbru suċċessivament minn tfal bejn l-età ta' għaxar snin u ħmistax-il sena, li tkun segwita wara bit-tħabbira tar-rebbieħ u s-smiegħ mill-ġdid tal-kanzunetta rebbieħa. F'ċerti mumenti matul is-serata, ċerti stazzjonijiet jagħżlu li jagħmlu xi waqfiet kummerċjali.

Il-festival jippreżenta dejjem żewġ preżentaturi (li fil-biċċa l-kbira tad-drabi kienu raġel wieħed u mara waħda minkejja li l-edizzjoni tal-2006 kien hemm eċċezzjoni) li regularment jidhru fuq il-palk waqt li l-kontestanti jkunu fil-green room. Il-preżentaturi huma wkoll responsabbli li jirrepetu r-riżultati tat-televotazzjoni immedjatament wara li jkun inqara kull vot partikulari, biex jiġi kkonfermat il-punti li jkunu ngħataw lil pajjiż.

Minkejja li l-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar hu mibni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision, hemm diversi differenzi li huma uniċi għall-festival tat-tfal. Per eżempju, waqt li l-vokali prinċipali jridu jkantaw dirett matul il-festival, il-vokali sekondarji jistgħu jkunu rikorjdati.[11] Kull għażla ta' pajjiż trid tiġi deċiża minn finali nazzjonali (sakemm ċerti ċirkustanzi jimpedixxuha milli ssir u trid tikseb il-permess mill-EBU).[12] Mill-festival tal-2005 'il quddiem kull kontestant beda jingħata awtomatikament tnax-il punt biex ma jkun hemm l-ebda mit-tfal parteċipanti li jispiċċa bil-famużi, jew misħuta "nul points".

Ir-rebbieħa ta' kull festival jirċievi trofew u ċertifikat. Il-pajjiż rebbieħ, b'differenza mill-Festival tal-Eurovision, ma jingħatax id-dritt li jospita l-edizzjoni segwenti.

Parteċipazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar.

Il-parteċipazzjoni fil-Festival tbiddlet drammatikament kull sean. Seba' pajjiżi minn sebgħa u għoxrin ġew rappreżentati kull sean. Fis-snin riċenti huma ftit il-pajjiżi mill-Punent tal-Ewropa li qed jieħdu sehem waqt li pajjiżi mil-Lvant bdew jingħaqdu f'dan il-Festival. Ix-xandara oriġinali Skandinavi ħallew il-festival fl-2006 u bdew jerġgħu jorganizzaw il-kompetizzjoni tal-MGP Nordic li kienet waqfet milli tiġi prodotta mal-bidu tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar.

Sal-edizzjoni tal-2024, kien hemm 41 membru tal-EBU li ħadu sehem f'dan il-festival.

Parteċipazzjoni mill-2003:
     Daħlu tal-anqas darba      Qatt ma daħlu, minkejja li huma eliġibbli      Kienu se jidħlu, però rtiraw qabel il-finali
Sena Pajjiżi debuttanti
2003 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja, Bandiera tal-Belġju Belġju, Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera tad-Danimarka Danimarka, Bandiera tal-Greċja Greċja, Bandiera tal-Kroazja Kroazja, Bandiera tal-Latvja Latvja, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja, Bandiera ta' Malta Malta, Bandiera tan-Norveġja Norveġja, Bandiera tan-Netherlands Netherlands, Bandiera tal-Polonja Polonja, Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit, Bandiera tar-Rumanija Rumanija, Bandiera ta' Spanja Spanja, Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
2004 Bandiera ta' Franza Franza, Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
2005 Bandiera tar-Russja Russja, Bandiera tas-Serbja u Montenegro Serbja u Montenegro
2006 Bandiera tal-Portugall Portugall, Bandiera tas-Serbja Serbja, Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna
2007 Bandiera tal-Armenja Armenja, Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja, Bandiera tal-Litwanja Litwanja
2010 Bandiera tal-Moldova Moldova
2012 Bandiera tal-Albanija Albanija, Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera tal-Iżrael Iżrael
2013 Bandiera ta' San Marino San Marino
2014 Bandiera tal-Italja Italja, Bandiera tal-Montenegro Montenegro, Bandiera tas-Slovenja Slovenja
2015 Bandiera tal-Awstralja Awstralja, Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda
2018 Bandiera tal-Każakistan Każakistan, Bandiera ta' Wales Wales
2020 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
2023 Bandiera tal-Estonja Estonja

Irtirar ta' nazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Pajjiżi rtirati
2005 Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera ta' Franza Franza, Bandiera tal-Polonja Polonja, Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
2006 Bandiera tad-Danimarka Danimarka, Bandiera tal-Latvja Latvja, Bandiera tan-Norveġja Norveġja, Bandiera tas-Serbja u Montenegro Serbja u Montenegro, Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit
2007 Bandiera tal-Kroazja Kroazja, Bandiera ta' Spanja Spanja
2008 Bandiera tal-Portugall Portugall, Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
2009 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tal-Greċja Greċja, Bandiera tal-Litwanja Litwanja
2010 Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera tar-Rumanija Rumanija
2011 Bandiera ta' Malta Malta, Bandiera tas-Serbja Serbja
2012 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tal-Latvja Latvja, Bandiera tal-Litwanja Litwanja, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq
2013 Bandiera tal-Albanija Albanija, Bandiera tal-Belġju Belġju, Bandiera tal-Iżrael Iżrael
2014 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq, Bandiera tal-Moldova Moldova
2015 Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera tal-Kroazja Kroazja, Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
2016 Bandiera tal-Montenegro Montenegro, Bandiera ta' San Marino San Marino, Bandiera tas-Slovenja Slovenja
2017 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tal-Iżrael Iżrael
2018 Bandiera ta' Ċipru Ċipru
2019 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera tal-Iżrael Iżrael
2020 Bandiera tal-Albanija Albanija, Bandiera tal-Armenja Armenja, Bandiera tal-Awstralja Awstralja, Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda, Bandiera tal-Italja Italja, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq, Bandiera tal-Portugall Portugall, Bandiera ta' Wales Wales
2021 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja
2022 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja, Bandiera tar-Russja Russja
2023 Bandiera tal-Każakistan Każakistan, Bandiera tas-Serbja Serbja
2024 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit

Ritorn ta' nazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Pajjiżi li jirritornaw
2006 Bandiera ta' Ċipru Ċipru
2009 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
2010 Bandiera tal-Latvja Latvja, Bandiera tal-Litwanja Litwanja
2011 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija
2013 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq, Bandiera ta' Malta Malta
2014 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera tal-Kroazja Kroazja, Bandiera tas-Serbja Serbja
2015 Bandiera tal-Albanija Albanija, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq
2016 Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera tal-Iżrael Iżrael, Bandiera tal-Polonja Polonja
2017 Bandiera tal-Portugall Portugall
2018 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera ta' Franza Franza, Bandiera tal-Iżrael Iżrael
2019 Bandiera ta' Spanja Spanja
2021 Bandiera tal-Albanija Albanija, Bandiera tal-Armenja Armenja, Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan, Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija, Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda, Bandiera tal-Italja Italja, Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta' Fuq, Bandiera tal-Portugall Portugall
2022 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit
2023 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
2024 Bandiera ta' Ċipru Ċipru, Bandiera ta' San Marino San Marino
Sena Rebbieħ Lingwa Artist Kanzunetta Traduzzjoni Punti Data Sala Lokazzjoni
2003 Kroazja Kroazja Kroat Dino Jelusić Ti Si Moja Prva Ljubav Int L-Ewwel Imħabba Tiegħi 134 15 ta' Novembru, 2003 Forum København Danimarka Kopenħagen
2004 Spanja Spanja Spanjol María Isabel Antes Muerta Que Sencilla Aħjar Mejta Milli Normali 171 20 ta' Novembru, 2004 Haakons Hall Norveġja Lillehammer
2005 Bjelorussja Bjelorussja Russu Ksenia Sitnik My Vmeste Aħna Flimkien 149 26 ta' Novembru, 2005 Ethias Arena Belġju Hasselt
2006 Russja Russja Russu Sisters Tolmachevy Vesenniy Jazz Jazz tar-Rebbiegħa 154 2 ta' Diċembru, 2006 Sala Polivalentă Rumanija Bukarest
2007 Bjelorussja Bjelorussja Russu Alexey Zhigalkovich S druzyami Mal-Ħbieb 137 8 ta' Diċembru, 2007 Ahoy Rotterdam Netherlands Rotterdam
2008 Ġeorġja Ġeorġja Lingwa Immaġinarja Bzikebi "Bzz..." 154 22 ta' Novembru, 2008 Spyros Kyprianou Athletic Center Ċipru Limassol
2009 Netherlands Netherlands Dutch, English Ralf Mackenbach "Click Clack" 121 21 November 2009 Palace of Sports Ukrajna Kiev [13]
2010 Armenja Armenia Armenian Vladimir Arzumanyan "Mama" 120 20 November 2010 Minsk-Arena Bjelorussja Minsk [14]
  1. ^ ESC Today, ed. (2006-12-01). "Junior Eurovision live on the internet" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  2. ^ IMDB, ed. (2000-05-01). "IMDB: Børne1'erens melodi grand prix 2000" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  3. ^ "IMDB: de unges melodi grand prix 2001" (bl-Ingliż). IMDB. 2001-05-01. Miġbur 2008-10-10.
  4. ^ EBU, ed. (2003-11-16). "Confirmation of Manchester as original host" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-15. Miġbur 2008-10-10.
  5. ^ ESC Today, ed. (2004-05-13). "Junior contest not to take place in Manchester" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  6. ^ Guardian, ed. (2003-11-17). "JESC UK ratings" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  7. ^ ESC Today, ed. (2004-11-20). "Junior 2005 on 26 November in Belgium" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  8. ^ ESC Today, ed. (2006-10-20). "Televoting all night long" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
  9. ^ UNICEF.nl, ed. (2007-12-06). "Informazzjoni tal-UNICEF" (bl-Olandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-21. Miġbur 2008-10-10.
  10. ^ "Generic contest information page". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-08. Miġbur 2023-12-23.
  11. ^ ESC Kaz, ed. (2008). "Rules alterations for 2008 contest as well as details of traditional rules" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-11-23.
  12. ^ JuniorEurovision.tv (ed.). "Rules of the 2003 contest" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2003-12-06. Miġbur 2008-11-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "'Exclusive: 13 countries to be represented at Junior 2009!'". European Broadcasting Union. 2009-06-08. Miġbur 2009-06-10.
  14. ^ "Exclusive: Belarus to host Junior 2010". European Broadcasting Union. 2009-06-08. Miġbur 2009-06-08.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]