Aqbeż għall-kontentut

Kim Jong-il

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kim Jong-il
Segretarju Ġenerali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

8 Ottubru 1997 - 17 Diċembru 2011
Kim Il-sung - Kim Jong-un
2. Mexxej Suprem tal-Korea ta' Fuq

8 Lulju 1994 - 17 Diċembru 2011
Kim Il-sung - Kim Jong-un
Membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu tal-Korea ta' Fuq


President tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali


Eternal leaders of North Korea (en) Translate

Ħajja
Isem propju Юрий Ирсенович Ким
Twelid Vyatskoye (en) Translateu Ussuriysk (en) Translate, 16 Frar 1941, 1941
Nazzjonalità Korea ta' Fuq
Residenza Ryongsong Residence (en) Translate
L-ewwel lingwa Korean
Mewt Pyongyang, 17 Diċembru 2011
Post tad-dfin Kumsusan Palace of the Sun (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Familja
Missier Kim Il-sung
Omm Kim Jong-suk
Konjuga/i Song Hye-rim (en) Translate
Ko Yong-hui (en) Translate
Kim Ok (en) Translate
Kim Young-sook (en) Translate  (1974 -  17 Diċembru 2011)
Koppja/i Song Hye-rim (en) Translate
Ko Yong-hui (en) Translate
Kim Ok (en) Translate
Ulied
Aħwa
Tribù familja Kim
Edukazzjoni
Alma mater Kim Il-sung University (en) Translate 1964)
Università ta' Malta
Mangyongdae Revolutionary School (en) Translate
Lingwi Korean
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
bniedem militari
producer ċinematografiku
attur ċinematografiku
doppjatur
Premjijiet
Servizz militari
Fergħa militari Korean People’s Army (en) Translate
Grad generalissimo (en) Translate
taewŏnsu (en) Translate

Kim Jong-il 김정일 (twieled fis-16 ta' Frar 1941 – miet fis-17 ta' Diċembru 2011) kien il-kap de facto tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (magħrufa aħjar bħala l-Korea ta' Fuq). Hu kien s-suċċessur ta' missieru Kim Il-sung, illi ggverna lill-Korea ta' Fuq mill-1948 sal-mewt tiegħu fl-1994. Huwa kien l-president tal-Kummissjoni ta' Difiża Nazzjonali u segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Barra minn hekk, hu hu wkoll il-kmandant tal-Armata Popolari tal-Korea, ir-raba' l-ikbar armata fid-dinja.

F'April tal-2009, il-kostituzzjoni tal-Korea ta' Fuq ġiet emendata sabiex issejjaħlu l-"Kap Suprem",[1] u xi drabi wkoll bħala l-"Kap l-Għażiż".

Arkivji Sovjetiċi juru li Jong-il twieled f'kamp militari qrib Khabarovsk, fl-1941,[2] fejn missieru, Kim Il-sung kien qiegħed imexxi l-ewwel Battaljun tat-88 Brigata Sovjetika, magħmula minn Ċiniżi u Koreani eżiljati. Ommu Kim Jong-sul kienet l-ewwel mara ta' Il-sung. Matul iż-żgħożija tiegħu fl-Unjoni Sovjetika, Jong-il kien magħruf bħala Yuri Irsenovich Kim (Юрий Ирсенович Ким), fejn ħa mill-isem bir-Russu ta' missieru, Ir-sen.

Il-bijografija uffiċjali ta' Jong-il[3] tgħid li hu twieled f'kamp militari sigriet fil-Muntanja Baekdu (백두산) fil-Korea fis-16 ta' Frar 1942. Il-bijografiji uffiċjali jgħidu li t-twelid tiegħu fuq il-Muntanja Baekdu kienet prevista minn ħuttaf, u mħabbra minn qawsalla doppja fuq il-muntanja u stilla ġdida fis-sema.

Fl-1945, Jong-il kellu tlieta jew erba' snin (skont is-sena tat-twelid tiegħu) meta t-Tieni Gwerra Dinjija spiċċat u Korea reġgħet kisbet l-indipendenza mill-Ġappun. F'Settembru ta' dik is-sena, missieru rritorna lura lejn Pyongyang u lejn l-aħħar ta' Novembru Jong-il reġa' lura lejn il-Korea permezz ta' bastiment Sovjetiku li trakka f'Sonbong. Il-familja ttrasferixxiet f'palazz f'Pyongyang li qabel kien ta' uffiċċjal Ġappuniż, bi ġnien u pixxina. Ħu Jong-il, "Shura" Kim (l-ewwel Kim Jong-il, imma magħruf aħjar bil-laqam Russu tiegħu), għereq hemmhekk fl-1948. Ċerti rapporti infundati jgħidu li kien Jong-il, li kellu ħames snin, li kkawża dan l-aċċident.[4] Fl-1949, ommu mietet waqt li kienet qed twelled;[5] rapporti jgħidu li ommu setgħet ġiet maqtula u tħalliet tmut.[4]

Skont il-bijografija uffiċjali tiegħu, Jong-il kompla l-kors ta' edukazzjoni bażika bejn Settembru 1950 u Awwissu 1960. Hu attenda l-Iskola Primarja Nru. 4 u l-Iskola Sekondarja Nru. 1 f'Pyongyang.[6] Din hi kkuntrastata mal-verżjoni ta' akkademiċi barranin li jemmnu li aktarx li hu rċieva l-edukazzjoni bikrija tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bħala prekawzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tiegħu matul il-Gwerra Koreana.[7]

Waqt li kien l-iskola, Jong-il kien involut fil-politika. Hu kien attiv fi ħdan l-Unjin taż-Żgħażagħ u l-Lega taż-Żgħażagħ Demokratiċi (DYL), fejn ħa sehem fi gruppi ta' studju tat-teorija politika Marksista u letteratura oħra. F'Settembru tal-1957 hu sar viċi-president tal-fergħa DYL tal-iskola sekondarja tiegħu. F'din il-kariga hu instiga programm ta' anti-fazzjożità u qalb sħabu tal-klassi prova jinkoraġġixi iktar edukazzjoni ideoloġika.

  1. ^ "N Korea constitution bolsters Kim" (bl-Ingliż). BBC News. 2009-09-29. Miġbur 2010-05-07.
  2. ^ Steve Herrmann (2006-10-09). "Profile: Kim Jong-Il" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2007-12-17.
  3. ^ "Biography of the Dear Leader Kim Jong Il" (bl-Ingliż). Korea-dpr.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-12. Miġbur 2008-12-05.
  4. ^ a b Post, Jerrold M. (2004). Leaders and their followers in a dangerous world: the psychology of political behavior. Cornell University Press. pp. 243–244. ISBN 978-0-8014-4169-1.
  5. ^ "The Kims' North Korea" (bl-Ingliż). Asia Times. 2005-06-04.
  6. ^ "Kim Jong Il - Short Biography" (bl-Ingliż). Pyongyang: Foreign Languages Press. 1998. p. 5. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-12. Miġbur 2010-07-09.
  7. ^ Martin, Bradley K. (2004). Under the Loving Care of the Fatherly Leader. New York: St. Martin's Press. ISBN 0-312-32221-6.