Tim nazzjonali tal-futbol tal-Urugwaj
Psewdonimu | La Celeste (Ċelest is-Sema) | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Asociación Uruguaya de Fútbol | ||
Konfederazzjoni | CONMEBOL (L-Amerika t'Isfel) | ||
Kowċ | Óscar Tabárez | ||
Kaptan | Diego Godin | ||
Rekord ta' preżenzi | Diego Godin (146) | ||
Rekord ta' gowls | Luis Suárez (64) | ||
Stadju prinċipali | Estadio Centenario | ||
Kodiċi tal-FIFA | URU | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 9 | ||
L-ogħla | 2 (Ġunju 2012) | ||
L-inqas | 76 (Diċembru 1998) | ||
L-ewwel logħba | |||
Urugwaj 0 – 6 Arġentina (Montevideo, Urugwaj; 20 ta' Lulju 1902) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Urugwaj 9 – 0 Bolivja (Lima, Perù; 9 ta' Novembru 1927) | |||
L-ikbar telfa | |||
Urugwaj 0 – 6 Arġentina (Montevideo, Urugwaj; 20 ta' Lulju 1902) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 13 (l-ewwel fl-1930) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1930, 1950) | ||
Copa América | |||
Preżenzi | 44 (l-ewwel fl-1916) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1916, 1917, 1920, 1923, 1924, 1926, 1935, 1942, 1956, 1959, 1967, 1983, 1987, 1995, 2011) | ||
Tazza tal-Konfederazzjonijiet | |||
Preżenzi | 2 (l-ewwel fl-1997) | ||
L-aqwa riżultat | Ir-raba' post (1997, 2013) |
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Urugwaj (bl-Ispanjol: Selección de fútbol de Uruguay) jirrappreżenta lill-Urugwaj fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Urugwaj.
Imlaqqam La Celeste, l-Urugwaj huwa t-tim l-iktar titolat fid-dinja b'19-il trofew taħt ismu, fosthom rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Fil-lista ta' trofej hemm inklużi żewġ Tazzi tad-Dinja, 15-il Copa América (rekord) u żewġ midalji tad-deheb fil-Logħob Olimpiku. L-Urugwaj iżomm ukoll rekord partikulari tar-rebħ tal-kompetizzjonijiet internazzjonali kollha organizzati fil-pajjiż stess – 8 – li jinkludu Tazza tad-Dinja u seba' Copa Américas. Il-popolazzjoni ta' 1.75 miljun ruħ fl-1930 tagħmlu l-iżgħar pajjiż illi qatt rebaħ it-Tazza tad-Dinja.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-era tad-deheb (1916–1930)
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm l-ewwel logħba qatt milgħuba minn tim Urugwajan kienet fis-16 ta' Mejju 1901 kontra l-Arġentina, din mhix ikkunsidrata bħala logħba uffiċjali minħabba li ma kinitx organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Urugwaj imma minn Albion FC fi grawnd ġewwa Paso del Molino. L-ewwel logħba rikonoxxuta ntlagħbet fl-istess grawnd fl-20 ta' Lulju 1902 kontra l-istess Arġentina; l-Arġentina ħarġu rebbieħa 6–0 quddiem folla ta' 8,000 ruħ.[1] Qabel l-1916 l-Urugwaj lagħbu iktar min 30 logħba li kollha kemm huma, apparti waħda, kienu kontra l-Arġentina. L-ewwel edizzjoni tal-Copa América fl-1916 rat lill-Urugwaj jissieltu kontra avversarji differenti, b'rebħiet kontra ċ-Ċili u l-Brażil. L-aħħar logħba kontra l-Arġentina, li ntlagħbet fis-16 ta' Lulju, kellha titwaqqaf wara biss ħames minuti minħabba ġlied bejn il-partitarji. L-irvelli nfirxu fil-grawnd sakemm xi sedili tqabbdu bin-nar. Ir-riżultat tal-logħba ġie kkunsidrat bħala null; il-logħba reġgħet ġiet skedata għall-ġurnata ta' wara fl-Estadio Racing Club u ntemmet b'riżultat ta' 0–0 li kien biżżejjed biex jagħti t-trofew lill-Urugwaj.[2]
Fl-1924, it-tim tal-Urugwaj ivvjaġġa lejn Pariġi biex sar l-ewwel tim tal-Amerka t'Isfel li ħa sehem fil-Logħob Olimpiku. Bi stil ta' futbol ibbażat fuq passaġġi qosra li kien jikkontrasta mal-istil fiżiku tat-timijiet Ewropej ta' dik l-era,[3] huma rebħu kull logħba inkluż il-finali kontra l-Iżvizzera għar-rebħ tal-midalja tad-deheb. Pedro Petrone spiċċa bħala l-aqwa skorer bi 8 gowls. Erba' snin wara, l-Urugwaj reġgħu kisbu l-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928 meta f'Amsterdam rebħu 2–1 kontra l-Arġentina.[4]
Wara t-trijonf doppju fl-Olimpjadi, l-Urugwaj ġie magħżul bħala l-pajjiż ospitu tal-ewwel Tazza tad-Dinja fl-1930, f'għeluq il-mitt sena anniversarju mill-ewwel kostituzzjoni tal-pajjiż. Matul il-kompetizzjoni, l-Urugwaj rebħu l-logħbiet kollha u qalbu telfa f'rebħa kontra l-Arġentina fl-Estadio Centenario b'riżultat ta' 4–2, quddiem folla ta' 93,000.[5]
Is-sorpriża tal-Maracanã (1931–1959)
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-snin wara r-rebħ tat-titlu tat-Tazza tad-Dinja, is-Celeste rari lagħbu. L-animosità bejn il-federazzjonijiet tal-Urugwaj u l-Arġentina kienet tant kibret li l-Copa América kellha titwaqqaf milli ssir għal diversi snin. Għall-edizzjoni tal-1934 tat-Tazza tad-Dinja, l-Urugwaj irrifjutaw li jiddefendu t-titlu mirbuħ fl-edizzjoni preċedenti bħala bojkott kontra diversi timijiet Ewropej li ma kienux ipparteċipaw fl-1930. Din il-protesta ġiet estiża għall-edizzjoni tal-1938, flimkien mal-Arġentina, minħabba li l-FIFA kienet għażlet lil Franza bħala l-ospitu meta pajjiż tal-Amerika t'Isfel kellu jkun magħżul minflok.
It-tim Urugwajan irritorna għat-Tazza tad-Dinja tal-1950 li saret fil-Brażil. Minħabba li t-Turkija u l-Iskozja ddeċidew li ma jipparteċipawx, il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Urugwaj spiċċat f'logħba waħda kontra l-Bolivja li rebħuha bl-iskor kbir ta' 8–0, inkluż tripletta ta' Óscar Míguez. Fil-fażi finali, wara dro ma' Spanja u rebħa fl-aħħar kontra l-Iżvezja, l-Urugwaj kellha taffronta lit-tim nazzjonali Brażiljan fl-aħħar logħba deċiżiva. Il-Brażil kellhom bżonn biss dro sabiex jirbħu t-titlu.[6] Ġewwa l-Maracanã, il-Brażil fetħu l-iskor b'gowl ta' Friaça, però fi spazju ta' ftit minuti l-Urugwaj qallbu r-riżultat b'żewġ gowls tal-emblema Juan Alberto Schiaffino u Alcides Ghiggia. Din ir-rebħa baqgħet deskritta bħala waħda mill-ikbar sorpriżi fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja u t-terminu Maracanazo baqa' sinonimu ma' din il-logħba.[7]
Tim fit-tfittxija lejn il-passat (1959–2006)
[immodifika | immodifika s-sors]Wara il-ħamsinijiet, l-Urugwaj sabha diffiċli li jerġa' jitla' fil-quċċata tal-futbol dinji. Apparti mir-raba' post fit-Tazza tad-Dinja tal-1954 u l-1970, it-tim naqas li jħalli impressjoni fejn anke falla mill-kwalifikazzjoni għall-edizzjoni tal-1958, l-1978 u l-1982.
Fil-bidu tas-snin tmenin, l-Urugwaj organizza l-Mundialito, kompetizzjoni ta' ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju tal-ewwel Tazza tad-Dinja. Il-pajjiżi mistiedna kienu s-sitt rebbieħa, f'ordni kronoloġika, l-Urugwaj, l-Italja, Franza, il-Brażil, l-Ingilterra u l-Arġentina.[8] L-Ingilterra m'aċċettatx l-istedina minħabba kunflitt fil-programm tal-logħob tal-kampjonat nazzjonali u għalhekk l-Olanda ħadet postha minħabba li kienet finalista telliefa fl-edizzjonijiet tal-1974 u l-1978. Fl-ewwel rawnd, l-Urugwaj rebħu kontra l-Olanda u l-Italja bi skor identiku ta' 2–0. Fil-finali kontra l-Brażil, l-Urugwaj rebħu b'riżultat ta' 2–1 grazzi għall-gowls ta' Jorge Barrios u Waldemar Victorino.
Fis-snin ta' wara, l-Urugwaj ra t-tnissil ta' ġenerazzjoni ġdida mmexxija minn Enzo Francescoli, Pablo Bengoechea u Rubén Sosa. Huma rebħu l-Copa América darbtejn – fl-1983 kontra l-Brażil f'finali doppja u fl-1987 kontra ċ-Ċili – u kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-1986 u l-1990 fejn fit-tnejn li huma ġew eliminati fir-rawnd tal-aħħar sittax mill-Arġentina u l-Italja rispettivament. Fil-Copa América tal-1995 huma rebħu l-14-il titlu tal-kompetizzjoni kontra l-Brażil, biex ugwaljaw ir-rekord tal-Arġentina.
Is-snin ta' wara kienu diżappuntanti fejn apparti minn semifinali kontra l-Awstralja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-1997 u finali mitlufa kontra l-Brażil fil-Copa América tal-1999, it-tim Urugwajan laħaq is-76 post fil-klassifika tal-FIFA, l-agħar post fl-istorja tagħhom. Wara nuqqas ta' żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, huma rritornaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2002 b'rebħa fil-play-off interkontinentali kontra l-Awstralja. F'dan it-turnew naqsu li jimpressjonaw fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, b'telfa kontra d-Danimarka u żewġ dros kontra Franza u s-Senegal.
Il-Proceso (2006–preżent)
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-falliment mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2006, Óscar Tabárez ġie maħtur bħala kowċ tat-tim nazzjonali għat-tieni darba, wara li serva bejn l-1988 u l-1990. Hu ppreżenta dokument intitolat il-"Proceso de Institucionalización de Selecciones y la Formación de sus Futbolistas" (Proċess ta' Istituzzjonalizzazzjoni tat-Timijiet Nazzjonali u t-Tkabbir tal-Plejers) li elenka mod korrett kif it-timijiet nazzjonali (miż-żgħar sal-kbar) għandhom jiffuzzjonaw. Dan ix-xogħol wera l-frott bil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2010 b'rebħa fil-play-off kontra l-Kosta Rika. Huma spiċċaw l-ewwel fil-fażi tal-gruppi wara dro kontra Franza u rebħiet kontra l-Afrika t'Isfel u l-Messiku. Fir-rawnd tal-aħħar sittax għelbu lill-Korea t'Isfel u reħbu lill-Gana fil-kwarti tal-finali wara l-ħin barrani, f'logħba kontroversjali li rat penalty mitluf minn Asamaoh Gyan wara li Luis Suárez ipprevjena xutt milli jidħol fix-xibka b'idejh.[9] Fl-ewwel semifinali tagħhom f'40 sena, huma tilfu 3–2 kontra l-Olanda, u temmew il-kompetizzjoni fir-raba' post wara telfa identika ta' 3–2 kontra l-Ġermanja.
Rekord kompetittiv
[immodifika | immodifika s-sors]Tazza tad-Dinja
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D* | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1930 | Rebbieħa | 1 | 4 | 4 | 0 | 0 | 15 | 3 |
1934 | Irrifjutaw li jipparteċipaw | |||||||
1938 | ||||||||
1950 | Rebbieħa | 1 | 4 | 3 | 1 | 0 | 15 | 5 |
1954 | Ir-raba' post | 4 | 5 | 3 | 0 | 2 | 16 | 9 |
1958 | Ma kkwalifikawx | |||||||
1962 | Fażi tal-gruppi | 13 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 6 |
1966 | Kwarti tal-finali | 7 | 4 | 1 | 2 | 1 | 2 | 5 |
1970 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 2 | 1 | 3 | 4 | 5 |
1974 | Fażi tal-gruppi | 13 | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 6 |
1978 | Ma kkwalifikawx | |||||||
1982 | ||||||||
1986 | L-aħħar sittax | 16 | 4 | 0 | 2 | 2 | 2 | 8 |
1990 | 16 | 4 | 1 | 1 | 2 | 2 | 5 | |
1994 | Ma kkwalifikawx | |||||||
1998 | ||||||||
2002 | Fażi tal-gruppi | 26 | 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 |
2006 | Ma kkwalifikawx | |||||||
2010 | Ir-raba' post | 4 | 7 | 3 | 2 | 2 | 11 | 8 |
2014 | L-aħħar sittax | 12 | 4 | 2 | 0 | 2 | 4 | 6 |
2018 | Kwarti tal-finali | 5 | 5 | 4 | 0 | 1 | 7 | 3 |
2022 | ||||||||
2026 | ||||||||
Total | 2 titli | 13/21 | 56 | 24 | 12 | 20 | 87 | 74 |
- * Id-dros jinkludu logħbiet ta' eliminazzjoni diretta li ġew deċiżi bl-għoti tal-penalties.
Copa América
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D* | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1916 | Rebbieħa | 1 | 3 | 2 | 1 | 0 | 6 | 1 | |
1917 | Rebbieħa | 1 | 3 | 3 | 0 | 0 | 9 | 0 | |
1919 | Finalista telliefa | 2 | 3 | 2 | 1 | 0 | 7 | 4 | |
1920 | Rebbieħa | 1 | 3 | 2 | 1 | 0 | 9 | 2 | |
1921 | It-tielet post | 3 | 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 4 | |
1922 | It-tielet post | 3 | 4 | 2 | 1 | 1 | 3 | 1 | |
1923 | Rebbieħa | 1 | 3 | 3 | 0 | 0 | 6 | 1 | |
1924 | Rebbieħa | 1 | 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 1 | |
1925 | Irtiraw | ||||||||
1926 | Rebbieħa | 1 | 4 | 4 | 0 | 0 | 17 | 2 | |
1927 | Finalista telliefa | 2 | 3 | 2 | 0 | 1 | 15 | 3 | |
1929 | It-tielet post | 3 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 6 | |
1935 | Rebbieħa | 1 | 3 | 3 | 0 | 0 | 6 | 1 | |
1937 | It-tielet post | 3 | 5 | 2 | 0 | 3 | 11 | 14 | |
1939 | Finalista telliefa | 2 | 4 | 3 | 0 | 1 | 13 | 5 | |
1941 | Finalista telliefa | 2 | 4 | 3 | 0 | 1 | 10 | 1 | |
1942 | Rebbieħa | 1 | 6 | 6 | 0 | 0 | 21 | 2 | |
1945 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 3 | 0 | 3 | 14 | 6 | |
1946 | Ir-raba' post | 4 | 5 | 2 | 0 | 3 | 11 | 9 | |
1947 | It-tielet post | 3 | 7 | 5 | 0 | 2 | 21 | 8 | |
1949 | Is-sitt post | 6 | 7 | 2 | 1 | 4 | 14 | 20 | |
1953 | It-tielet post | 3 | 6 | 3 | 1 | 2 | 15 | 6 | |
1955 | Ir-raba' post | 4 | 5 | 2 | 1 | 2 | 12 | 12 | |
1956 | Rebbieħa | 1 | 5 | 4 | 1 | 0 | 9 | 3 | |
1957 | It-tielet post | 3 | 6 | 4 | 0 | 2 | 15 | 12 | |
1959 | Is-sitt post | 6 | 6 | 2 | 0 | 4 | 15 | 14 | |
1959 | Rebbieħa | 1 | 4 | 3 | 1 | 0 | 13 | 1 | |
1963 | Irtiraw | ||||||||
1967 | Rebbieħa | 1 | 5 | 4 | 1 | 0 | 13 | 2 | |
1975 | Ir-raba' post | 4 | 2 | 1 | 0 | 1 | 1 | 3 | |
1979 | Fażi tal-gruppi | 6 | 4 | 1 | 2 | 1 | 5 | 5 | |
1983 | Rebbieħa | 1 | 8 | 5 | 2 | 1 | 12 | 6 | |
1987 | Rebbieħa | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 2 | 0 | |
1989 | Finalista telliefa | 2 | 7 | 4 | 0 | 3 | 11 | 3 | |
1991 | Fażi tal-gruppi | 5 | 4 | 1 | 3 | 0 | 4 | 3 | |
1993 | Kwarti tal-finali | 6 | 4 | 1 | 2 | 1 | 5 | 5 | |
1995 | Rebbieħa | 1 | 6 | 4 | 2 | 0 | 11 | 4 | |
1997 | Fażi tal-gruppi | 9 | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 2 | |
1999 | Finalista telliefa | 2 | 6 | 1 | 2 | 3 | 4 | 9 | |
2001 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 2 | 2 | 2 | 7 | 7 | |
2004 | It-tielet post | 3 | 6 | 3 | 2 | 1 | 12 | 10 | |
2007 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 2 | 2 | 2 | 8 | 9 | |
2011 | Rebbieħa | 1 | 6 | 3 | 3 | 0 | 9 | 3 | |
2015 | Kwarti tal-finali | 7 | 4 | 1 | 1 | 2 | 2 | 3 | |
2016 | Fażi tal-gruppi | 11 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 4 | |
2019 | Kwarti tal-finali | 6 | 4 | 2 | 2 | 0 | 7 | 2 | |
2021 | Kwarti tal-finali | 5 | 5 | 2 | 2 | 1 | 4 | 2 | |
2024 | Ikkwalifikaw | ||||||||
Total | 15-il titlu | 45/47 | 205 | 112 | 38 | 55 | 410 | 221 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Historias, curiosidades y estadísticas de la Selección, tras sus "primeros" 900 partidos" (bl-Ispanjol). El Gráfico. 2012-07-04.
- ^ Tabeira, Martin (2007-08-10). "Southamerican Championship 1916" (bl-Ingliż). RSSSF.
- ^ Vickery, Tim (2002-04-08). "Football's debt to Uruguay" (bl-Ingliż). BBC Sport.
- ^ "Olympic Football Tournament Amsterdam 1928" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-12-10.
- ^ "URUGUAY 4-2 ARGENTINA" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "1950 FIFA WORLD CUP BRAZIL™" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "The Top 20 Most Amazing Upsets of All Time" (bl-Ingliż). Soccerphile.
- ^ Tabeira, Martin (2006-02-12). "Mundialito 1980" (bl-Ingliż). RSSSF.
- ^ "World Cup 2010: I have hand of God - Uruguay's Suarez" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-07-03.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (ES) Sit uffiċjali